ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 6

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
11ta' Jannar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/43 tat-12 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġornament tal-Annessi XXI-A sa XXI-P dwar l-approssimazzjoni regolatorja fil-qasam tal-akkwist pubbliku

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/44 tal-10 ta' Jannar 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

36

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/45 tal-10 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

38

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea

40

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

11.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 6/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2016, ladarba l-proċedura prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim tlestiet fid-19 ta' Ottubru 2016.


11.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 6/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/43

tat-12 ta' Diċembru 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġornament tal-Annessi XXI-A sa XXI-P dwar l-approssimazzjoni regolatorja fil-qasam tal-akkwist pubbliku

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), jistipula l-applikazzjoni proviżorja ta' parti mill-Ftehim, kif speċifikat mill-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2) jispeċifika d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jridu jiġu applikati b'mod proviżorju, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku, u l-Anness XXI għal dan il-Ftehim. L-applikazzjoni proviżorja ta' dawn id-dispożizzjonijiet saret effettiva mill-1 ta' Jannar 2016.

(3)

L-Artikolu 153 tal-Ftehim jistipula li l-Ukrajna għandha tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku issir gradwalment konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti, skont l-iskeda pprovduta fl-Anness XXI għall-Ftehim.

(4)

Diversi atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness XXI għall-Ftehim ġew emendati jew imħassra mindu ġie inizjalat il-Ftehim fit-30 ta' Marzu 2012.

(5)

L-Artikolu 149 tal-Ftehim jistipula li l-limiti stabbiliti tal-valur għal kuntratti ta' akkwist pubbliku preveduti fl-Anness XXI-P għall-Ftehim għandhom jiġu riveduti b'mod regolari, b'bidu mill-ewwel sena pari wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

(6)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jitqies il-progress li sar mill-Ukrajna f'dan il-proċess ta' approssimazzjoni lejn l-acquis tal-Unjoni billi ġew emendati ċerti skadenzi.

(7)

Huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġi aġġornat l-Anness XXI biex jirrifletti l-iżviluppi fl-acquis tal-Unjoni elenkati fih, u li jiġu riveduti l-limiti stabbiliti tal-valuri għal kuntratti ta' akkwist pubbliku previsti fl-Anness XXI-P għall-Ftehim.

(8)

L-Artikolu 149 tal-Ftehim jistipula li r-reviżjoni tal-limiti stabbiliti previsti fl-Anness XXI-P għall-Ftehim tiġi adottata permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

(9)

L-Artikolu 463(3) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkollu s-setgħa jaġġorna jew jemenda l-Annessi tal-Ftehim.

(10)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni Nru 3/2014 (3) jiddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi relatati mal-kummerċ tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, inkluż l-Anness XXI dwar il-Kapitolu 8 (Akkwist Pubbliku) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ).

(11)

Huwa għaldaqstant xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni fir-rigward tal-aġġornament tal-Anness XXI għall-Ftehim li għandu jiġi adottat mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

(12)

L-Artikolu 152(1) tal-Ftehim jistipula li l-Ukrajna għandha tippreżenta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ pjan direzzjonali komprensiv għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata mal-akkwist pubbliku flimkien ma' skedi ta' żmien u miri li għandhom jinkludu r-riformi kollha f'termini ta' approssimazzjoni leġiżlattiva u l-bini ta' kapaċità istituzzjonali. Dan il-pjan direzzjonali għandu jikkonforma mal-fażijiet u mal-iskedi ta' żmien stabbiliti fl-Anness XXI-A għall-Ftehim.

(13)

L-Artikolu 152(3) jispeċifika li opinjoni favorevoli mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ hija meħtieġa biex il-pjan direzzjonali komprensiv isir dokument ta' referenza għall-proċess ta' implimentazzjoni jiġifieri għall-approssimazzjoni tal-liġijiet fir-rigward tal-leġiżlazzjoni relatata mal-akkwist pubbliku għall-acquis tal-Unjoni.

(14)

Huwa għaldaqstant xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni fir-rigward ta' opinjoni favorevoli dwar il-pjan direzzjonali komprensiv li jrid jiġi adottat mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit bl-Artikolu 465 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”), fir-rigward tal-aġġornament tal-Anness XXI għall-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' dan il-Kumitat, mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar għall-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit permezz tal-Artikolu 465 tal-Ftehim, rigward l-opinjoni favorevoli dwar il-pjan direzzjonali komprensiv għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' dan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 3

Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara li jkunu ġew adottati.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE–Ukraina tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/980] (ĠU L 158, 24.6.2015, p. 4).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ UE-UKRAJNA

ta'-…

li taġġorna l-Anness XXI għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u li tagħti opinjoni favorevoli dwar il-pjan direzzjonali komprensiv dwar l-akkwist pubbliku

IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ukrajna, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 149, l-Artikolu 153 u l-Artikolu 463 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim,partijiet mill-Ftehim, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku, huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2016.

(2)

L-Artikolu 149 tal-Ftehim jipprovdi li l-limiti tal-valuri għall-kuntratti ta' akkwist pubbliku previsti fl-Anness XXI-P għandhom jiġu riveduti b'mod regolari, li jibdew fl-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u tali reviżjoni għandha tiġi adottata b'deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 153 tal-Ftehim jipprovdi li l-Ukrajna għandha tiżgura li l-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku tagħha gradwalment issir kompatibbli mal-acquis rilevanti tal-Unjoni, f'konformità mal-iskeda prevista fl-Anness XXI għall-Ftehim.

(4)

Diversi atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness XXI għall-Ftehim ġew riformulati jew revokati u sostitwiti minn att ġdid tal-Unjoni mill-inizjalazzjoni tal-Ftehim fit-30 ta' Marzu 2012. B'mod partikolari, l-Unjoni adottat u nnotifikat lill-Ukrajna dwar l-atti li ġejjin:

(a)

id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(b)

id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(c)

id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(5)

Id-Direttivi msemmijin hawn fuq emendaw il-livelli limitu tal-valuri għall-kuntratti ta' akkwist pubbliku previsti fl-Anness XXI-P, li sussegwentement ġew emendati bir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 (5), (UE) 2015/2171 (6), u (UE) 2015/2172 (7), rispettivament.

(6)

L-Artikolu 463(3) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkollu s-setgħa jaġġorna jew jemenda l-Annessi tal-Ftehim.

(7)

Jeħtieġ li l-Anness XXI għall-Ftehim jiġi aġġornat sabiex jirrifletti l-bidliet magħmulin lill-acquis tal-Unjoni elenkati f'dak l-Anness, skont l-Artikoli 149 153 u 463 tal-Ftehim.

(8)

L-acquis il-ġdid tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku għandu struttura ġdida. Huwa xieraq li tiġi riflessa din l-istruttura l-ġdida tal-Anness XXI. Fl-interess taċ-ċarezza, l-Anness XXI għandu jiġi aġġornat fl-intier tiegħu u jiġi sostitwit mill-Anness kif stabbilit fl-Appendiċi ta' din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li jitqies il-progress magħmul mill-Ukrajna fil-proċess ta' approssimazzjoni għall-acquis tal-Unjoni.

(9)

L-Artikolu 465(2) tal-Ftehim jispeċifika li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega l-poteri tiegħu lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, inkluż il-poter li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(10)

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna ta s-setgħa lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ fid-Deċiżjoni tiegħu Nru 3/2014 (8) tal-15 ta' Diċembru 2014 biex jaġġorna jew jemenda ċerti annessi relatati mal-kummerċ.

(11)

L-Artikolu 152(1) tal-Ftehim jistipula li l-Ukrajna għandha tissottometti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ pjan direzzjonali komprensiv għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata mal-akkwist pubbliku bi skedi taż-żmien u għanijiet li għandhom jinkludu r-riformi kollha fit-termini tal-approssimazzjoni leġiżlattiva għall-acquis tal-Unjoni.

(12)

L-Artikolu 152(3) jispeċifika li opinjoni favorevoli mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ hija meħtieġa għall-pjan direzzjonali komprensiv biex isir dokument ta' referenza għall-proċess ta' implimentazzjoni, jiġifieri għall-approssimazzjoni leġiżlattiva tal-leġiżlazzjoni relatata mal-akkwist pubbliku tal-acquis tal-Unjoni.

(13)

Għalhekk, huwa xieraq għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ li jadotta deċiżjoni li tagħti opinjoni favorevoli dwar il-pjan direzzjonali komprensiv,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXI għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, huma bil-preżenti sostitwiti bil-verżjoni aġġornata tal-Anness li hija mhemuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Tingħata opinjoni favorevoli dwar il-pjan direzzjonali komprensiv approvat mill-Ordinanza tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna tal-24 ta' Frar 2016 (numru 175-p) adottat mill-gvern tal-Ukrajna fl-24 ta' Frar 2016.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, …

Għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ

Il-President


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(3)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(4)  Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(5)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 5).

(6)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2171 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu applikabbli fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 7).

(7)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2172 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 9).

(8)  Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/980] (ĠU L 158, 24.6.2015, p. 4).

ANNESS XXI-A GĦALL-KAPITOLU 8

SKEDA TAŻ-ŻMIEN INDIKATTIVA GĦAL RIFORMA ISTITUZZJONALI, APPROSSIMAZZJONI LEĠIŻLATTIVA U AĊĊESS GĦAS-SUQ

Fażi

 

Skeda ta' żmien indikattiva

Aċċess għas-suq mogħti lill-UE mill-Ukrajna

Aċċess għas-suq mogħti lill-Ukrajna mill-UE

 

1

L-implimentazzjoni tal-Artikolu 150(2) u l-Artikolu 151 ta' dan il-Ftehim

Ftehim dwar l-Istrateġija ta' Riforma stabbilita fl-Artikolu 152 ta' dan il-Ftehim

6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

Provvisti għall-awtoritajiet tal-gvern ċentrali

Provvisti għall-awtoritajiet tal-gvern ċentrali

 

2

Approssimazzjoni u implimentazzjoni tal-elementi bażiċi tad-Direttiva 2014/24/UE u tad-Direttiva 89/665/KEE

3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

Provvisti għal awtoritajiet u korpi statali, reġjonali u lokali rregolati mil-liġi pubblika

Provvisti għal awtoritajiet u korpi statali, reġjonali u lokali rregolati mil-liġi pubblika

Annessi XXI-B u XXI-C

3

Approssimazzjoni u implimentazzjoni tal-elementi bażiċi tad-Direttiva 2014/25/UE u tad-Direttiva 92/13/KEE

4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

Provvisti għall-entitajiet kontraenti kollha fis-settur tal-utilitajiet

Provvisti għall-entitajiet kontraenti kollha

Annessi XXI-D u XXI-E

4

Approssimazzjoni u implimentazzjoni ta' elementi oħrajn tad-Direttiva 2014/24/UE. Approssimazzjoni u implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE

6 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

Kuntratti ta' servizzi u ta' xogħlijiet pubbliċi u konċessjonijiet għall-awtoritajiet kontraenti kollha

Kuntratti ta' servizzi u ta' xogħlijiet pubbliċi u konċessjonijiet għall-awtoritajiet kontraenti kollha

Annessi XXI-F, XXI-G, u XXI-H

5

Approssimazzjoni u implimentazzjoni ta' elementi oħrajn tad-Direttiva 2014/25/UE

8 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

Kuntratti ta' servizzi u ta' xogħlijiet għall-entitajiet kontraenti kollha fis-settur tal-utilitajiet

Kuntratti ta' servizzi u ta' xogħlijiet għall-entitajiet kontraenti kollha fis-settur tal-utilitajiet

Annessi XXI-I u XXI-J

ANNESS XXI-B GĦALL-KAPITOLU 8

ELEMENTI BAŻIĊI TAD-DIRETTIVA 2014/24/UE

tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku

(Fażi 2)

TITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, u prinċipji ġenerali

KAPITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Taqsima 1

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafi 1, 2, 5 u 6

Artikolu 2

Definizzjonijiet: paragrafu 1, punti (1), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (13), (18), (19), (20), (22), (23), (24)

Artikolu 3

Akkwist imħallat

Taqsima 2

Livelli limiti

Artikolu 4

Limiti massimi

Artikolu 5

Metodi biex jiġi kkalkolat il-valur estimat tal-akkwist

Taqsima 3

Esklużjonijiet

Artikolu 7

Kuntratti fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali

Artikolu 8

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

Artikolu 9

Kuntratti pubbliċi mogħtija u kompetizzjonijiet ta' disinn organizzati skont regoli internazzjonali

Artikolu 10

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta' servizzi

Artikolu 11

Kuntratti ta' servizzi mogħtija fuq il-bażi ta' dritt esklużiv

Artikolu 12

Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku

Taqsima 4

Sitwazzonijiet speċifiċi

Subtaqsima 1:

Kuntratti ssussidjati u servizzi ta' riċerka u żvilupp

Artikolu 13

Kuntratti sussidjati mill-awtoritajiet kontraenti

Artikolu 14

Servizzi ta' riċerka u żvilupp

Subtaqsima 2:

Akkwist li jinvolvi aspetti ta' difiża u sigurtà

Artikolu 15

Difiża u sigurtà

Artikolu 16

Akkwist imħallat li jinvolvi aspetti ta' difiża jew sigurtà

Artikolu 17

Kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta' disinn li jinvolvu aspetti ta' difiża jew ta' sigurtà li jingħataw jew jiġu organizzati skont ir-regoli internazzjonali

KAPITOLU II

Regoli ġenerali

Artikolu 18

Prinċipji tal-akkwist

Artikolu 19

Operaturi ekonomiċi

Artikolu 21

Kunfidenzjalità

Artikolu 22

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni: paragrafi 2-6

Artikolu 23

Nomenklaturi

Artikolu 24

Kunflitti ta' interess

TITOLU II

Regoli dwar kuntratti pubbliċi

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 26

Għażla tal-proċeduri: paragrafi 1, 2, l-ewwel alternattiva tal-paragrafu 4, 5, 6

Artikolu 27

Proċedura miftuħa

Artikolu 28

Proċedura ristretta

Artikolu 29

Proċedura kompetittiva bin-negozjar

Artikolu 32

Użu tal-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel

KAPITOLU III

Twettiq tal-proċedura

Taqsima 1

Tħejjija

Artikolu 40

Konsultazzjonijiet tas-suq preliminari

Artikolu 41

Involviment minn qabel ta' kandidati jew offerenti

Artikolu 42

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 43

Tikketti

Artikolu 44

Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħrajn ta' prova: paragrafi 1, 2

Artikolu 45

Varjanti

Artikolu 46

Diviżjoni ta' kuntratti f'lottijiet

Artikolu 47

Stabbiliment tal-limiti ta' żmien

Taqsima 2

Pubblikazzjoni u trasparenza

Artikolu 48

Avviżi informattivi minn qabel

Artikolu 49

Avviżi ta' kuntratti

Artikolu 50

Avviżi ta' għoti ta' kuntratti: paragrafi 1 u 4:

Artikolu 51

Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5

Artikolu 53

Disponibbiltà elettronika ta' dokumenti ta' akkwist

Artikolu 54

Stediniet lill-kandidati

Artikolu 55

Il-kandidati u l-offerenti jiġu infurmati

Taqsima 3

Għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta' kuntratti

Artikolu 56

Prinċipji ġenerali

Subtaqsima 1:

Kriterji għal għażla kwalitattiva

Artikolu 57

Raġunijiet tal-esklużjoni

Artikolu 58

Kriterji tal-għażla

Artikolu 59

Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist: paragrafu 1 mutatis mutandis, paragrafu 4

Artikolu 60

Mezzi ta' prova

Artikolu 62

Standards ta' garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali: paragrafi 1 u 2

Artikolu 63

Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħrajn

Subtaqsima 2:

Tnaqqis tan-numru ta' kandidati, offerti u soluzzjonijiet

Artikolu 65

Tnaqqis tal-għadd ta' kandidati kwalifikati li jiġu mistiedna biex jipparteċipaw

Artikolu 66

Tnaqqis tal-għadd ta' offerti u soluzzjonijiet

Subtaqsima 3:

Għoti tal-kuntratt

Artikolu 67

Kriterji tal-għoti tal-kuntratt

Artikolu 68

Spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja: paragrafi 1 u 2:

Artikolu 69

Offerti baxxi wisq: paragrafi 1 sa 4

KAPITOLU IV

Prestazzjoni tal-kuntratt

Artikolu 70

Kundizzjonijiet għall-prestazzjoni tal-kuntratti

Artikolu 71

Sottokuntrattar

Artikolu 72

Modifika ta' kuntratti matul it-terminu tagħhom

Artikolu 73

Terminazzjoni tal-kuntratti

TITOLU III

Reġimi ta' akkwisti partikolari

KAPITOLU I

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 74

Għoti ta' kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 75

Pubblikazzjoni ta' avviżi

Artikolu 76

Prinċipji ta' għoti tal-kuntratti

ANNESSI

ANNESS II

LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT 6(a) TAL-ARTIKOLU 2(1)

ANNESS III

LISTA TA' PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(b) FIR-RIGWARD TA' KUNTRATTI MOGĦTIJA MILL-AWTORITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAD-DIFIŻA

ANNESS IV

REKWIŻITI RELATATI MAL-GĦODOD U L-ISTRUMENTI GĦAR-RIĊEVUTA ELETTRONIKA TA' OFFERTI, TALBIET GĦAL PARTEĊIPAZZJONI KIF UKOLL PJANIJIET U PROĠETTI F'KOMPETIZZJONIJIET

ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI

Parti A:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-PUBBLIKAZZJONI TA' AVVIŻ INFORMATTIV MINN QABEL FUQ PROFIL TA' XERREJ

Parti B:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI INFORMATTIVI MINN QABEL (kif imsemmija fl-Artikolu 48)

Parti C:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TA' KUNTRATTI (kif imsemmija fl-Artikolu 49)

Parti D:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TA' GĦOTI TA' KUNTRATTI (kif imsemmija fl-Artikolu 50)

Parti G:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TA' MODIFIKI TA' KUNTRATT MATUL IL-MANDAT TIEGĦU (kif imsemmija fl-Artikolu 72(1))

Parti H:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F'AVVIŻI TA' KUNTRATTI LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRAJN (kif imsemmija fl-Artikolu 75(1))

Parti I:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F'AVVIŻI TA' INFORMAZZJONI MINN QABEL DWAR IS-SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRAJN (kif imsemmija fl-Artikolu 75(1))

Parti J:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TA' GĦOTI TA' KUNTRATTI LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRAJN (kif imsemmija fl-Artikolu 75(2))

ANNESS VII

DEFINIZZJONI TA' ĊERTI SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

ANNESS IX

KONTENUT TAL-ISTEDINIET GĦAS-SOTTOMISSJONI TA' OFFERTA, PARTEĊIPAZZJONI FI DJALOGU JEW KONFERMA TAL-INTERESS PREVIST FL-ARTIKOLU 54

ANNESS X

LISTA TA' KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI SOĊJALI U AMBJENTALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 18(2)

ANNESS XII

MEZZI TA' PROVA TAL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA

ANNESS XIV

SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 74

ANNESS XXI-C GĦALL-KAPITOLU 8

ELEMENTI BAŻIĊI TAD-DIRETTIVA 89/665/KEE

tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (Direttiva 89/665/KEE)

kif emendat bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta' proċeduri ta' reviżjoni dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi (Direttiva 2007/66/KE) u bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (Direttiva 2014/23/UE)

(Fażi 2)

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni u disponibbiltà tal-proċeduri ta' reviżjoni

Artikolu 2

Rekwiżiti għall-proċeduri ta' reviżjoni

Artikolu 2a

Perjodu sospensiv

Artikolu 2b

Derogi mill-perjodu sospensiv

Punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2b

Artikolu 2c

Limiti ta' żmien għall-applikazzjoni ta' rieżami

Artikolu 2d

Ineffettività

Paragrafu 1(b)

Paragrafi 2 u 3

Artikolu 2e

Ksur ta' din id-Direttiva u penali alternattivi

Artikolu 2f

Limiti ta' żmien

ANNESS XXI-D GĦALL-KAPITOLU 8

ELEMENTI BAŻIĊI TAD-DIRETTIVA 2014/25/UE

tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

(Fażi 3)

TITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, u prinċipji ġenerali

KAPITOLU I

Suġġett u Definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafi 1, 2, 5 u 6

Artikolu 2

Definizzjonijiet: punti 1 sa9, 13 sa 16 u 18 sa 20

Artikolu 3

L-awtoritajiet kontraenti (paragrafi 1 u 4)

Artikolu 4

Entitajiet kontraenti: paragrafi 1 sa 3

Artikolu 5

Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività

Artikolu 6

Akkwist li jkopri diversi attivitajiet

KAPITOLU II

Attivitajiet:

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 8

Gass u sħana

Artikolu 9

Dawl

Artikolu 10

Ilma

Artikolu 11

Servizzi tat-trasport

Artikolu 12

Portijiet u ajruporti

Artikolu 13

Servizzi postali

Artikolu 14

Estrazzjoni ta' żejt u gass u esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta', faħam jew karburanti solidi oħrajn

KAPITOLU III

Kamp ta' applikazzjoni materjali

Taqsima 1

Livelli limiti

Artikolu 15

Limiti massimi

Artikolu 16

Metodi biex jiġi kkalkolat il-valur estimat tal-akkwist: paragrafi 1sa 4 u 7 sa 14

Taqsima 2

Kuntratti esklużi u kompetizzjonijiet ta' disinn: Dispożizzjonijiet speċjali għal akkwist li jinvolvi aspetti ta' difiża u sigurtà

Subtaqsima 1:

Esklużjonijiet applikabbli għall-entitajiet kontraenti kollha u esklużjonijiet speċjali għas-setturi tal-ilma u l-enerġija

Artikolu 18

Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta' bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi: paragrafu 1

Artikolu 19

Kuntratti u kompetizzjonijiet ta' disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet differenti mit-twettiq ta' attività koperta jew għat-twettiq ta' attività bħal din f'pajjiż terz: paragrafu 1

Artikolu 20

Kuntratti mogħtija u kompetizzjonijiet ta' disinn organizzati skont regoli internazzjonali

Artikolu 21

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta' servizzi

Artikolu 22

Kuntratti ta' servizzi mogħtija fuq il-bażi ta' dritt esklużiv

Artikolu 23

Kuntratti mogħtija minn ċerti entitajiet kontraenti għax-xiri ta' ilma u għall-provvista ta' enerġija jew ta' karburanti għall-produzzjoni tal-enerġija

Subtaqsima 2:

Akkwist li jinvolvi aspetti ta' difiża u sigurtà

Artikolu 24

Difiża u sigurtà

Artikolu 25

Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività u li jinvolvi aspetti ta' difiża jew sigurtà

Artikolu 26

Akkwist li jkopri diversi attivitajiet u li jinvolvi aspetti ta' difiża jew sigurtà

Artikolu 27

Kuntratti u kompetizzjonijiet ta' disinn li jinvolvu aspetti ta' difiża jew ta' sigurtà li jingħataw jew jiġu organizzati skont ir-regoli internazzjonali

Subtaqsima 3:

Relazzjonijiet speċjali (kooperazzjoni, impriżi affiljati u impriżi konġunti)

Artikolu 28

Kuntratti bejn awtoritajiet kontraenti

Artikolu 29

Kuntratti mogħtija lil impriża affiljata

Artikolu 30

Kuntratti mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tifforma parti minn impriża konġunta

Subtaqsima 4:

Sitwazzjonijiet speċifiċi

Artikolu 32

Servizzi ta' riċerka u żvilupp

KAPITOLU IV

Prinċipji ġenerali

Artikolu 36

Prinċipji tal-akkwist

Artikolu 37

Operaturi ekonomiċi

Artikolu 39

Kunfidenzjalità

Artikolu 40

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

Artikolu 41

Nomenklaturi

Artikolu 42

Kunflitti ta' interess

TITOLU II

Regoli applikabbli għall-kuntratti

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 44

Għażla tal-proċeduri: paragrafi 1, 2 u 4

Artikolu 45

Proċedura miftuħa

Artikolu 46

Proċedura ristretta

Artikolu 47

Proċedura negozjata b'sejħa minn qabel għal kompetizzjoni

Artikolu 50

Użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel: punti (a) sa (i)

KAPITOLU III

Twettiq tal-proċedura

Taqsima 1

Tħejjija

Artikolu 58

Konsultazzjonijiet tas-suq preliminari

Artikolu 59

Involviment minn qabel ta' kandidati jew offerenti

Artikolu 60

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 61

Tikketti

Artikolu 62

Rapporti ta' testijiet, ċertifikazzjoni u mezzi oħrajn ta' prova

Artikolu 63

Komunikazzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 64

Varjanti

Artikolu 65

Diviżjoni ta' kuntratti f'lottijiet

Artikolu 66

Stabbiliment tal-limiti ta' żmien

Taqsima 2

Pubblikazzjoni u trasparenza

Artikolu 67

Avviżi indikattivi perjodiċi

Artikolu 68

Avviżi dwar l-eżistenza ta' sistema ta' kwalifika

Artikolu 69

Avviżi ta' kuntratti

Artikolu 70

Avviżi ta' għoti ta' kuntratti: paragrafi 1, 3 u 4

Artikolu 71

Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5

Artikolu 73

Disponibbiltà elettronika ta' dokumenti ta' akkwist

Artikolu 74

Stediniet lill-kandidati

Artikolu 75

L-applikanti jiġu infurmati dwar kwalifiki, kandidati u offerenti

Taqsima 3

Għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta' kuntratt

Artikolu 76

Prinċipji ġenerali

Subtaqsima 1:

Kwalifika u għażla kwalitattiva

Artikolu 78

Kriterji għal għażla kwalitattiva

Artikolu 79

Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħrajn paragrafu 2

Artikolu 80

Użu tar-raġunijiet ta' esklużjoni u l-kriterji tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE

Artikolu 81

Standards ta' garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali: paragrafi 1 u 2

Subtaqsima 2:

Għoti tal-kuntratt

Artikolu 82

Kriterji tal-għoti tal-kuntratt

Artikolu 83

Spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja: paragrafi 1 u 2

Artikolu 84

Offerti baxxi wisq: paragrafi 1 sa 4

KAPITOLU IV

Prestazzjoni tal-kuntratt

Artikolu 87

Kundizzjonijiet għall-prestazzjoni tal-kuntratti

Artikolu 88

Sottokuntrattar

Artikolu 89

Modifika ta' kuntratti matul it-terminu tagħhom

Artikolu 90

Terminazzjoni tal-kuntratti

TITOLU III

Reġimi ta' akkwisti partikolari

KAPITOLU I

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 91

Għoti ta' kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 92

Pubblikazzjoni ta' avviżi

Artikolu 93

Prinċipji ta' għoti tal-kuntratti

ANNESSI

ANNESS I

Lista ta' attivitajiet kif stipulati fil-punt (a) tal-punt 2 tal-Artikolu 2

ANNESS V

Rekwiżiti relatati mal-għodod u l-apparat għar-riċevuta elettronika ta' offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifiki kif ukoll pjanijiet u proġetti f'kompetizzjonijiet

ANNESS VI A

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż indikattiv perjodiku (kif imsemmija fl-Artikolu 67)

ANNESS VI B

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar pubblikazzjoni ta' avviż indikattiv perjodiku fuq profil ta' xerrej mhux użat bħala mezz ta' sejħa għall-kompetizzjoni (kif imsemmija fl-Artikolu 67(1))

ANNESS VIII

Definizzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi

ANNESS IX

Karatteristiċi dwar il-pubblikazzjoni

ANNESS X

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar l-eżistenza ta' sistema ta' kwalifikazzjoni (kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 44(4) u fl-Artikolu 68)

ANNESS XI

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi tal-kuntratt (kif imsemmija fl-Artikolu 69)

ANNESS XII

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar l-għoti ta' kuntratt (kif imsemmi fl-Artikolu 70)

ANNESS XIII

Kontenuti tal-istedina għas-sottomissjoni ta' offerta, għall-parteċipazzjoni fid-djalogu, għan-negozjar jew għall-konferma tal-interess speċifikati taħt l-Artikolu 74

ANNESS XIV

Lista ta' Konvenzjonijiet Internazzjonali Soċjali u Ambjentali msemmija fl-Artikolu 36(2)

ANNESS XVI

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'avviżi ta' modifiki ta' kuntratt matul it-terminu tiegħu (kif imsemmija fl-Artikolu 89(1))

ANNESS XVII

Servizzi msemmijin fl-Artikolu 91

ANNESS XVIII

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'avviżi dwar kuntratti għal servizzi soċjali u oħrajn speċifiċi (kif imsemmija fl-Artikolu 92)

ANNESS XXI-E GĦALL-KAPITOLU 8

ELEMENTI BAŻIĊI TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/13/KEE

tal-25 ta' Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (id-Direttiva 92/13/KEE)

kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE u d-Direttiva 2014/23/UE

(Fażi 3)

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni u disponibbiltà tal-proċeduri ta' reviżjoni

Artikolu 2

Rekwiżiti għall-proċeduri ta' reviżjoni

Artikolu 2a

Perjodu sospensiv

Artikolu 2b

Derogi mill-perjodu sospensiv

Punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2b

Artikolu 2c

Limiti ta' żmien għall-applikazzjoni ta' rieżami

Artikolu 2d

Ineffettività

Paragrafi 1(b), 2 u 3

Artikolu 2e

Ksur ta' din id-Direttiva u penali alternattivi

Artikolu 2f

Limiti ta' żmien

ANNESS XXI-F GĦALL-KAPITOLU 8

I.   ELEMENTI OĦRAJN MHUX OBBLIGATORJI TAD-DIRETTIVA 2014/24/UE

(Fażi 4)

L-elementi tad-Direttiva 2014/24/UE stipulati f'dan l-Anness mhumiex obbligatorji iżda rakkomandati għall-approssimazzjoni. L-Ukrajna tista' tapprossimizza dawn l-elementi fil-perjodu ta' żmien stabbilit fl-Anness XXI-B

TITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, u prinċipji ġenerali

KAPITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Taqsima 1

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet (paragrafu 1, punti (14) u (16))

Artikolu 20

Kuntratti riżervati

TITOLU II

Regoli dwar kuntratti pubbliċi

KAPITOLU II

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 37

Attivitajiet tal-akkwisti ċentralizzati u korpi ċentrali għall-akkwisti

KAPITOLU III

Twettiq tal-proċedura

Taqsima 3

Għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta' kuntratti

Artikolu 64

Listi uffiċjali ta' operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni minn korpi stabbiliti fil-liġi pubblika jew privata

TITOLU III

Reġimi ta' akkwisti partikolari

KAPITOLU I

Artikolu 77

Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi
II.   ELEMENTI MHUX OBBLIGATORJI TAD-DIRETTIVA 2014/23/UE

(Fażi 4)

L-elementi tad-Direttiva 2014/23/UE stipulati f'dan l-Anness mhumiex obbligatorji iżda rakkomandati għall-approssimazzjoni. L-Ukrajna tista' tapprossimizza dawn l-elementi fil-perjodu ta' żmien stabbilit fl-Anness XXI-B

TITOLU I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, prinċipji u definizzjonijiet

KAPITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijiet

Taqsima IV

Sitwazzonijiet speċifiċi

Artikolu 24

Konċessjonijiet Riżervati

ANNESS XXI-G GĦALL-KAPITOLU 8

I.   ELEMENTI OĦRAJN OBBLIGATORJI TAD-DIRETTIVA 2014/24/UE

(Fażi 4)

TITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, u prinċipji ġenerali

KAPITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Taqsima 1

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet (paragrafu 1, punt (21))

Artikolu 22

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni: paragrafu 1

TITOLU II

Regoli dwar kuntratti pubbliċi

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 26

Għażla tal-proċeduri: paragrafu 3, it-tieni alternattiva tal-paragrafu 4

Artikolu 30

Djalogu kompetittiv

Artikolu 31

Sħubija għall-Innovazzjoni

KAPITOLU II

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 33

Ftehim qafas

Artikolu 34

Sistemi dinamiċi ta' akkwist

Artikolu 35

Rkanti elettroniċi

Artikolu 36

Katalgi elettroniċi

Artikolu 38

Akkwisti konġunti okkażjonali

KAPITOLU III

Twettiq tal-proċedura

Taqsima 2

Pubblikazzjoni u Trasparenza

Artikolu 50

Avviżi ta' għoti ta' kuntratti: paragrafi 2 u 3

TITOLU III

Reġimi ta' akkwisti partikolari

KAPITOLU II

Regoli li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ta' disinn

Artikolu 78

Kamp ta' Applikazzjoni

Artikolu 79

Avviżi

Artikolu 80

Regoli dwar l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet ta' disinn u l-għażla tal-parteċipanti

Artikolu 81

Kompożizzjoni tal-ġurija

Artikolu 82

Deċiżjonijiet tal-ġurija

ANNESSI

ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI

Parti E:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F'AVVIŻI TAL-KOMPETIZZJONI TAD-DISINN (kif imsemmija fl-Artikolu 79(1))

Parti F:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F'AVVIŻI TAR-RIŻULTATI TA' KOMPETIZZJONI (kif imsemmija fl-Artikolu 79(2))

ANNESS VI:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DOKUMENTI TA' AKKWIST DWAR IRKANTI ELETTRONIĊI (ARTIKOLU 35(4))
II.   ELEMENTI OBBLIGATORJI TAD-DIRETTIVA 2014/23/UE

(Fażi 4)

TITOLU I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, prinċipji u definizzjonijiet

KAPITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijiet

Taqsima I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, prinċipji ġenerali, definizzjonijiet u livell limitu

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafi 1, 2 u 4

Artikolu 2

Prinċipju ta' amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi

Artikolu 3

Prinċipju ta' trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza

Artikolu 4

Libertà għad-definizzjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Artikolu 6

Awtoritajiet kontraenti: paragrafi 1 u 4

Artikolu 7

Entitajiet kontraenti

Artikolu 8

Livell limitu u metodi biex jiġi kkalkolat il-valur estimat ta' konċessjoni

Taqsima II

Esklużjonijiet

Artikolu 10

Esklużjonijiet applikabbli għall-konċessjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitatjiet kontraenti

Artikolu 11

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

Artikolu 12

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-ilma

Artikolu 13

Konċessjonijiet mogħtija lil impriża affiljata

Artikolu 14

Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta

Artikolu 17

Konċessjonijiet bejn entitajiet fis-settur pubbliku

Taqsima III

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 18

Tul ta' żmien tal-konċessjoni

Artikolu 19

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 20

Kuntratti mħallta

Artikolu 21

Kuntratti ta' akkwist imħallta li jinvolvu aspetti ta' difiża jew ta' sigurtà

Artikolu 22

Kuntratti li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet oħrajn

Artikolu 23

Konċessjonijiet li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet li jinvolvu aspetti ta' difiża jew ta' sigurtà

Artikolu 25

Servizzi ta' riċerka u żvilupp

KAPITOLU II

Prinċipji

Artikolu 26

Operaturi ekonomiċi

Artikolu 27

Nomenklaturi

Artikolu 28

Kunfidenzjalità

Artikolu 29

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

TITOLU II

Regoli dwar l-għoti ta' konċessjonijiet: Prinċipji ġenerali u garanzija proċedurali

KAPITOLU I

Prinċipji ġenerali

Artikolu 30

Prinċipji ġenerali: paragrafi 1, 2 u 3

Artikolu 31

Avviżi ta' konċessjonijiet

Artikolu 32

Avviżi tal-għoti tal-konċessjonijiet

Artikolu 33

Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1

Artikolu 34

Disponibbiltà elettronika ta' dokumenti ta' konċessjoni

Artikolu 35

Ġlieda kontra l-korruzzjoni u prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess

KAPITOLU II

Garanziji proċedurali

Artikolu 36

Rekwiżiti tekniċi u funzjonali

Artikolu 37

Garanziji proċedurali

Artikolu 38

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati

Artikolu 39

Limiti ta' żmien għall-wasla ta' applikazzjonijiet u offerti għall-konċessjoni

Artikolu 40

Għoti ta' informazzjoni lill-kandidati u lill-offerenti

Artikolu 41

Kriterji tal-għoti

TITOLU III

Regoli dwar il-prestazzjoni tal-konċessjonijiet

Artikolu 42

Sottokuntrattar

Artikolu 43

Modifika ta' kuntratti matul it-terminu tagħhom

Artikolu 44

Terminazzjoni tal-konċessjonijiet

Artikolu 45

Monitoraġġ u Rappurtar

ANNESSI

ANNESS I

LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT 7 TAL-ARTIKOLU 5

ANNESS II

ATTIVITAJIET EŻERĊITATI MINN ENTITAJIET KONTRAENTI KIF IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 7

ANNESS III

LISTA TAL-ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FIL-PUNT B TAL-ARTIKOLU 7(2)

ANNESS IV

SERVIZZI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 19

ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31

ANNESS VI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F'AVVIŻI TA' INFORMAZZJONI MINN QABEL DWAR KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRAJN, KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31(3)

ANNESS VII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR L-GĦOTI TA' KONĊESSJONI, KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

ANNESS VIII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA' KONĊESSJONI LI JIRRIGWARDAW KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U OĦRAJN SPEĊIFIĊI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

ANNESS IX

KARATTERISTIĊI DWAR IL-PUBBLIKAZZJONI

ANNESS X

LISTA TA' KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI SOĊJALI U AMBJENTALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 30(3)

ANNESS XI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TA' MODIFIKI TA' KONĊESSJONI MATUL IL-MANDAT TAGĦHA SKONT L-ARTIKOLU 43

ANNESS XXI-H GĦALL-KAPITOLU 8

ELEMENTI OĦRAJN TAD-DIRETTIVA 89/665/KEE

kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE u d-Direttiva 2014/23/UE

(Fażi 4)

Artikolu 2b

Derogi mill-perjodu sospensiv

Punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2b

Artikolu 2d

Ineffettività

Punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2d

Paragrafu 5

ANNESS XXI-I GĦALL-KAPITOLU 8

(Fażi 5)

I.   ELEMENTI OĦRAJN OBBLIGATORJI TAD-DIRETTIVA 2014/25/UE

TITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, u prinċipji ġenerali

KAPITOLU I

suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet: Punt 17

KAPITOLU III

Kamp ta' applikazzjoni materjali

Taqsima 1

Livelli limiti

Artikolu 16

Metodi biex jiġi kkalkolat il-valur estimat tal-akkwist: paragrafi 5, 6

TITOLU II

Regoli applikabbli għall-kuntratti

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 44

Għażla tal-proċeduri: paragrafu 3

Artikolu 48

Djalogu kompetittiv

Artikolu 49

Sħubija għall-Innovazzjoni

Artikolu 50

Użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel: punt (j)

KAPITOLU II

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 51

Ftehim qafas

Artikolu 52

Sistemi dinamiċi ta' akkwist

Artikolu 53

Rkanti elettroniċi

Artikolu 54

Katalgi elettroniċi

Artikolu 56

Akkwisti konġunti okkażjonali

KAPITOLU III

Twettiq tal-proċedura

Taqsima 2

Pubblikazzjoni u trasparenza

Artikolu 70

Avviżi ta' għoti ta' kuntratti: paragrafu 2

Taqsima 3

Għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta' kuntratt

Subtaqsima 1:

Kwalifika u għażla kwalitattiva

Artikolu 77

Sistemi ta' kwalifika

Artikolu 79

Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħrajn paragrafu 1

TITOLU III

Reġimi ta' akkwisti partikolari

KAPITOLU II

Regoli li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ta' disinn

Artikolu 95

Kamp ta' Applikazzjoni

Artikolu 96

Avviżi

Artikolu 97

Regoli dwar l-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet ta' disinn, l-għażla tal-parteċipanti u l-ġurija

Artikolu 98

Deċiżjoni tal-ġurija

ANNESSI

ANNESS VII

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokumenti tal-akkwist relatati mal-irkanti elettroniċi (Artikolu 53(4))

ANNESS XIX

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar kompetizzjoni ta' disinn (kif imsemmi fl-Artikolu 96(1))

ANNESS XX

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-riżultati tal-avviżi dwar kompetizzjoni ta' disinn (kif imsemmi fl-Artikolu 96(1))

II.   ELEMENTI OĦRAJN MHUX OBBLIGATORJI TAD-DIRETTIVA 2014/25/UE

L-elementi ulterjuri tad-Direttiva 2014/25/UE indikati f'dan l-Anness mhumiex obbligatorji iżda rrakkomandati għall-approssimazzjoni. L-Ukrajna tista' tapprossimizza dawn l-elementi fil-perjodu ta' żmien indikat fl-Anness XXI-B.

TITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, u prinċipji ġenerali

KAPITOLU I

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet: punti 10 sa 12

KAPITOLU IV

Prinċipji ġenerali

Artikolu 38

Kuntratti riżervati

TITOLU II

Regoli applikabbli għall-kuntratti

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 55

Attivitajiet tal-akkwisti ċentralizzati u korpi ċentrali għall-akkwisti

TITOLU III

Reġimi ta' akkwisti partikolari

KAPITOLU I

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 94

Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi

ANNESS XXI-J GĦALL-KAPITOLU 8

ELEMENTI OĦRAJN TAD-DIRETTIVA 92/13/KEE

kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE u d-Direttiva 2014/23/UE

(Fażi 5)

Artikolu 2b

Derogi mill-perjodu sospensiv

Punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2b

Artikolu 2d

Ineffettività

Punt (c) paragrafu 1 tal-Artikolu 2d,

Paragrafu 5

ANNESS XXI-K GĦALL-KAPITOLU 8

I.   DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVA 2014/24/UE BARRA MILL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-APPROSSIMAZZJONI

L-elementi tad-Direttiva 2014/24/UE elenkati f'dan l-Aness mhumiex soġġetti għall-proċess ta' approssimazzjoni.

TITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, u prinċipji ġenerali

KAPITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Taqsima 1

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafi 3 u 4

Artikolu 2

Definizzjonijiet: paragrafu 2

Taqsima 2

Livelli limiti

Artikolu 6

Reviżjoni tal-livelli limiti u tal-lista tal-awtoritajiet tal-gvern ċentrali

TITOLU II

Regoli dwar kuntratti pubbliċi

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 25

Kondizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħra

KAPITOLU II

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 39

Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

KAPITOLU III

Twettiq tal-proċedura

Taqsima 1

Tħejjija

Artikolu 44

Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħrajn ta' prova: paragrafu 3

Taqsima 2

Pubblikazzjoni u trasparenza

Artikolu 51

Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, paragrafi 2, 3, 4, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, paragrafu 6

Artikolu 52

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

Taqsima 3

Għażla tal-parteċipanti u għoti ta' kuntratti

Artikolu 61

Repożitorju online taċ-ċertifikati (e-Certis)

Artikolu 62

Standards ta' garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali: paragrafu 3

Artikolu 68

Spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja: paragrafu 3

Artikolu 69

Offerti baxxi wisq: paragrafu 5

TITOLU IV

Governanza

Artikolu 83

Infurzar

Artikolu 84

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta' kuntratti

Artikolu 85

Rappurtar nazzjonali u informazzjoni statistika

Artikolu 86

Kooperazzjoni Amministrattiva

TITOLU V

Setgħat iddelegati, setgħat ta' implimentazzjoni u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 87

Eżerċitar tad-delega ta' setgħat

Artikolu 88

Proċedura ta' urġenza

Artikolu 89

Proċedura tal-Kumitat

Artikolu 90

Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 91

Tħassir

Artikolu 92

Reviżjoni

Artikolu 93

Dħul fis-seħħ

Artikolu 94

Destinatarji

ANNESSI

ANNESS I

AWTORITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI

ANNESS VIII

KARATTERISTIĊI DWAR IL-PUBBLIKAZZJONI

ANNESS XI

REĠISTRI

ANNESS XIII

LISTA TAL-LEĠIŻLAZZJONI TAL-UE MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 68(3)

ANNESS XV

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

II.   DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVA 2014/23/UE BARRA MILL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-APPROSSIMAZZJONI

L-elementi tad-Direttiva 2014/23/UE elenkati f'dan l-Anness mhumiex soġġetti għall-proċess ta' approssimazzjoni.

TITOLU I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, prinċipji u definizzjonijiet

KAPITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijiet

Taqsima I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, prinċipji ġenerali, definizzjonijiet u livell limitu

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafu 3

Artikolu 6

Awtoritajiet kontraenti: paragrafi 2 u 3

Artikolu 9

Reviżjoni tal-limitu

Taqsima II

Esklużjonijiet

Artikolu 15

Notifika ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kontraenti

Artikolu 16

Esklużjoni tal-attivitaiet li huma esposti direttament għall-kompetizzjoni

TITOLU II

Regoli dwar l-għoti ta' konċessjonijiet: Prinċipji ġenerali u garanzija proċedurali

KAPITOLU I

Prinċipji ġenerali

Artikolu 30

Prinċipji ġenerali: paragrafu 4

Artikolu 33

Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, paragrafi 2, 3 u 4

TITOLU IV

Emendi għad-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE

Artikolu 46

Emendi għad-Direttiva 89/665/KEE

Artikolu 47

Emendi għad-Direttiva 92/13/KEE

TITOLU V

Setgħat iddelegati, setgħat ta' implimentazzjoni u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 48

Eżerċitar tad-delega

Artikolu 49

Proċedura ta' urġenza

Artikolu 50

Proċedura tal-Kumitat

Artikolu 51

Traspożizzjoni

Artikolu 52

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 53

Monitoraġġ u rappurtar

Artikolu 54

Dħul fis-seħħ

Artikolu 55

Destinatarji

ANNESS XXI-L GĦALL-KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVA 2014/25/UE BARRA MILL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-APPROSSIMAZZJONI

L-elementi elenkati f'dan l-Anness mhumiex soġġetti għall-proċess ta' approssimazzjoni.

TITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, u prinċipji ġenerali

KAPITOLU I

Suġġett u Definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafi 3 u 4

Artikolu 3

Awtoritajiet kontraenti: paragrafi 2 u 3

Artikolu 4

Entitajiet kontraenti: paragrafu 4

KAPITOLU III

Kamp ta' applikazzjoni materjali

Taqsima 1

Livelli limiti

Artikolu 17

Reviżjoni tal-livelli limiti

Taqsima 2

Kuntratti esklużi u kompetizzjonijiet ta' disinn: Dispożizzjonijiet speċjali għal akkwist li jinvolvi aspetti ta' difiża u sigurtà

Subtaqsima 1:

Esklużjonijiet applikabbli għall-entitajiet kontraenti kollha u esklużjonijiet speċjali għas-setturi tal-ilma u l-enerġija

Artikolu 18

Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta' bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi paragrafu 2

Artikolu 19

Kuntratti u kompetizzjonijiet ta' disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet differenti mit-twettiq ta' attività koperta jew għat-twettiq ta' attività bħal din f'pajjiż terz: paragrafu 2

Subtaqsima 3:

Relazzjonijiet speċjali (kooperazzjoni, impriżi affiljati u impriżi konġunti)

Artikolu 31

Notifika ta' informazzjoni

Subtaqsima 4:

Sitwazzjonijiet speċifiċi

Artikolu 33

Kuntratti soġġetti għal arranġamenti speċjali

Subtaqsima 5:

Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u dispożizzjonijiet proċedurali relatati magħhom

Artikolu 34

Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni

Artikolu 35

Proċedura biex jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 34 huwiex applikabbli

TITOLU II

Regoli applikabbli għall-kuntratti

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 43

Kondizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħrajn

KAPITOLU II

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 57

Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

KAPITOLU III

Twettiq tal-proċedura

Taqsima 2

Pubblikazzjoni u trasparenza

Artikolu 71

Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: paragrafu 2, 3, 4, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, paragrafu 6

Artikolu 72

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

Taqsima 3

Għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta' kuntratt

Artikolu 81

Standards ta' garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali: paragrafu 3

Artikolu 83

Spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja: paragrafu 3

Taqsima 4

Offerti li jikkonsistu fi prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi u relazzjonijiet ma' dawk il-pajjiżi

Artikolu 85

Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi

Artikolu 86

Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi rigward kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi

TITOLU IV

Governanza

Artikolu 99

Infurzar

Artikolu 100

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta' kuntratti

Artikolu 101

Rappurtar nazzjonali u informazzjoni statistika

Artikolu 102

Kooperazzjoni amministrattiva

TITOLU V

Setgħat iddelegati, setgħat ta' implimentazzjoni u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 103

Eżerċitar tad-delega

Artikolu 104

Proċedura ta' urġenza

Artikolu 105

Proċedura tal-Kumitat

Artikolu 106

Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 107

Revoka

Artikolu 108

Reviżjoni

Artikolu 109

Dħul fis-seħħ

Artikolu 110

Destinatarji

ANNESSI

ANNESS II

Lista' ta' atti legali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(3)

ANNESS III

Lista' ta' atti legali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 34(3)

ANNESS IV

Dati ta' skadenza għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35

ANNESS XV

Lista' ta' atti legali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 83(3)

ANNESS XXI-M GĦALL-KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVA 89/665/KEE KIF EMENDATI BID-DIRETTIVA 2007/66/KE U D-DIRETTIVA 2014/23/UE BARRA MILL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-APPROSSIMAZZJONI

L-elementi elenkati f'dan l-Anness ma jkunux soġġetti għall-proċess ta' approssimazzjoni.

Artikolu 2b

Derogi mill-perjodu sospensiv

Punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2b

Artikolu 2d

Ineffettività

Punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2d,

Paragrafu 4

Artikolu 3

Mekkaniżmi Korrettivi

Artikolu 3a

Kontenut tal-avviż għat-trasparenza ex-ante volontarja

Artikolu 3b

Proċedura ta' Kumitat

Artikolu 4

Implimentazzjoni

Artikolu 4a

Reviżjoni

ANNESS XXI-N GĦALL-KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVA 92/13/KEE KIF EMENDATI BID-DIRETTIVA 2007/66/KE U D-DIRETTIVA 2014/23/UE BARRA MILL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-APPROSSIMAZZJONI

L-elementi elenkati f'dan l-Anness ma jkunux soġġetti għall-proċess ta' approssimazzjoni.

Artikolu 2b

Derogi mill-perjodu sospensiv

Punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2b

Artikolu 2d

Ineffettività

Punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2d,

Paragrafu 4

Artikolu 3a

Kontenut tal-avviż għat-trasparenza ex-ante volontarja

Artikolu 3b

Proċedura ta' Kumitat

Artikolu 8

Mekkaniżmi Korrettivi

Artikolu 12

Implimentazzjoni

Artikolu 12a

Reviżjoni

ANNESS XXI-O GĦALL-KAPITOLU 8

L-UKRAJNA: LISTA INDIKATTIVA TA' KWISTJONIJIET GĦALL-KOOPERAZZJONI

1.

Taħriġ ta' uffiċjali tal-Ukrajna, fl-Ukrajna u l-pajjiżi tal-UE, minn korpi governattivi involuti fl-akkwist pubbliku;

2.

Taħriġ tal-fornituri interessati li jipparteċipaw fl-akkwist pubbliku;

3.

Skambju ta' informazzjoni u esperjenza dwar l-aħjar prassi u r-regoli regolatorji fil-qasam tal-akkwist pubbliku;

4.

Tisħiħ tal-funzjonalità tal-websajt tal-akkwist pubbliku u l-istabbiliment ta' sistema għall-monitoraġġ tal-akkwist pubbliku;

5.

Konsultazzjonijiet u assistenza metodoloġika mill-Partit tal-UE bl-applikazzjoni ta' teknoloġiji elettroniċi moderni fl-isfera tal-akkwist pubbliku;

6.

Tisħiħ tal-korpi li huma responsabbli għall-garanzija ta' politika koerenti fl-oqsma kollha relatati mal-akkwist pubbliku u l-kunsiderazzjoni (rieżami) indipendenti u imparzjali tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti. (Cf. Artikolu 150(2) ta' dan il-Ftehim)

ANNESS XXI-P GĦALL-KAPITOLU 8

LIVELLI LIMITI

1.

Il-limiti tal-valuri msemmijin fl-Artikolu 149(3) ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu għaż-żewġ Partijiet:

(a)

EUR 135 000 għal kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet tal-gvern ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta' disinn mogħtija minn tali awtoritajiet;

(b)

EUR 209 000 fil-każ ta' kuntratti għal provvisti pubbliċi u għal servizzi pubbliċi mhux koperti mill-punt (a);

(c)

EUR 5 225 000 fil-każ ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi.

(d)

EUR 5 225 000 fil-każ ta' kuntratti għal xogħlijiet fis-settur tal-utilitajiet;

(e)

EUR 5 225 000 fil-każ ta' konċessjonijiet.

(f)

EUR 418 000 fil-każ ta' kuntratti ta' forniment u servizz fis-settur tal-utilitajiet;

(g)

EUR 750 000 għal kuntratti ta' servizz publiku għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn;

(h)

EUR 1 000 000 għal kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn fis-settur tal-utilitajiet.

2.

Il-livelli limiti tal-EUR ikkwotati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adattati biex jirriflettu l-livelli limiti applikabbli skont id-Direttivi tal-UE fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.


REGOLAMENTI

11.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 6/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/44

tal-10 ta' Jannar 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-28 ta' Diċembru 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ entitajiet mil-lista ta' persuni jew entitajiet li għalihom jeħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, l-entrati li ġejjin jitħassru:

“78.

MEDICAL CITY ESTABLISHMENT. Indirizz: Bagdad, l-Iraq.

115.

STATE COMPANY FOR DRUGS AND MEDICAL APPLIANCES (magħrufa ukoll bħala (a) GENERAL ESTABLISHMENT FOR DRUGS & MEDICAL APPLICANCES, (b) KIMADIA), Indirizz: Mansour Ciy, P.O. Box 6138, Bagdad, l-Iraq.”


11.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 6/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/45

tal-10 ta' Jannar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

261,0

MA

110,4

SN

204,0

TR

102,4

ZZ

169,5

0707 00 05

MA

85,5

TR

213,8

ZZ

149,7

0709 91 00

EG

144,1

ZZ

144,1

0709 93 10

MA

238,8

TR

213,8

ZZ

226,3

0805 10 20

EG

42,5

IL

126,4

MA

55,6

TR

71,5

ZZ

74,0

0805 20 10

IL

166,4

MA

85,6

ZZ

126,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

136,2

JM

125,6

TR

96,4

ZZ

119,4

0805 50 10

TR

71,8

ZZ

71,8

0808 10 80

CN

144,5

US

105,5

ZZ

125,0

0808 30 90

CL

282,6

CN

99,5

TR

133,1

ZZ

171,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 6/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2017/46

tal-10 ta' Jannar 2017

dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Is-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni tal-Kummissjoni huma parti integrali mill-funzjonament tal-Kummissjoni u l-inċidenti tas-sigurtà tal-IT jista' jkollhom impatt serju fuq l-operazzjonijiet tal-Kummissjoni kif ukoll fuq terzi persuni, inklużi l-individwi, in-negozji u l-Istati Membri.

(2)

Jeżistu bosta theddidiet li jistgħu jippreġudikaw il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni tal-Kummissjoni u tal-informazzjoni proċessata fihom. Dan it-theddid jinkludu inċidenti, żbalji u attakki deliberati u avvenimenti naturali, u jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala riskji operazzjonali.

(3)

Is-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni jridu jingħataw livell ta' protezzjoni proporzjonat għall-probabbiltà, għall-impatt u għan-natura tar-riskji li huma esposti għalihom.

(4)

Jinħtieġ li s-sigurtà tal-IT fil-Kummissjoni tiżgura li s-SKI tal-Kummissjoni jipproteġu l-informazzjoni li jipproċessaw u li jiffunzjonaw kif meħtieġ, meta meħtieġ, taħt il-kontroll tal-utenti leġittimi.

(5)

Jinħtieġ li l-politika tas-sigurtà tal-IT tal-Kummissjoni tiġi implimentata b'mod li huwa konsistenti mal-politiki dwar is-sigurtà fil-Kummissjoni.

(6)

Id-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà għandu r-responsabbiltà ġenerali tas-sigurtà fil-Kummissjoni taħt l-awtorità u r-responsabbiltà tal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mis-sigurtà.

(7)

Jinħtieġ li l-approċċ tal-Kummissjoni jqis l-inizjattivi u l-leġiżlazzjoni tal-politika tal-UE dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, l-istandards tal-industrija u l-prattiki tajbin, biex ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha u biex tippermetti l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà.

(8)

Jinħtieġ li d-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mis-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri xierqa u jeħtieġ li l-miżuri ta' sigurtà tal-IT li jipproteġu s-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjon jiġu kkoordinati madwar il-Kummissjoni biex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-effettività.

(9)

Jinħtieġ li r-regoli u l-proċeduri għal aċċess għal informazzjoni fil-kuntest tas-sigurtà tal-IT, inkluż l-indirizzar tal-inċidenti għas-sigurtà tal-IT ikunu proporzjonali għat-theddida lill-Kummissjoni jew lill-persunal tagħha u konformi mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data u b'kont meħud tal-prinċipju tas-sigriet professjonali, kif previst fl-Artikolu 339 TFUE.

(10)

Il-politiki u r-regoli għal sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni li jipproċessaw informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE), informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, u informazzjoni mhux klassifikata għandhom ikunu kompletament konformi mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (2) u (UE, Euratom) 2015/444 (3).

(11)

Hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni tirrieżamina u taġġorna d-dispożizzjonijiet dwar is-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni użata mill-Kummissjoni.

(12)

Għaldaqstant, jinħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 titħassar.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tapplika għas-Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni (SKI) kollha li huma proprjetà, akkwistati, ġestiti jew operati minn jew f'isem il-Kummissjoni u kull użu ta' dawn is-SKI mill-Kummissjoni.

2.   Din id-Deċiżjoni tistabilixxi l-prinċipji bażiċi, l-objettivi, l-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet rigward is-sigurtà ta' dawn is-SKI, b'mod partikolari għad-dipartimenti tal-Kummissjoni li għandhom is-sjieda, l-akkwist, il-ġestjoni jew l-operar tas-SKI u inkluż is-SKI pprovduti minn fornitur intern tas-servizzi tal-IT. Meta SKI tkun proprjetà, ġestita jew operata minn parti esterna fuq il-bażi ta' ftehim bilaterali jew kuntratt mal-Kummissjoni, it-termini tal-ftehim jew tal-kuntratt għandhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni.

3.   Din id-Deċiżjoni tapplika għad-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi. Meta SKI tal-Kummissjoni tintuża minn korpi u istituzjonijiet oħra fuq il-bażi ta' ftehim bilaterali jew kuntratt mal-Kummissjoni, it-termini tal-ftehim jew tal-kuntratt għandhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni.

4.   Minkejja indikazzjonijiet speċifiċi dwar gruppi partikulari ta' persunal, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Membri tal-Kummissjoni, għall-persunal tal-Kummissjoni li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni (is-“CEOS” — Conditions of Employment of Other Servants of the Union) (4), għal esperti nazzjonali sekondati (“SNEs”) (5), għal fornituri esterni tas-servizzi u l-persunal tagħhom, għall-apprendisti u għal kull individwu li jkollu aċċess għas-SKI fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

5.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) sa fejn dan ikun kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (6). B'mod partikolari, il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni, inklużi l-istruzzjonijiet, l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-miżuri ekwivalenti, jistgħu ma japplikawx għas-SKI tal-uffiċċju meta din ma tkunx kompatibbli mal-indipendenza tal-funzjoni investigattiva tal-Uffiċċju u/jew il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba mill-Uffiċċju fl-eżerċizzju ta' din il-funzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Responsabbli” tfisser li jkun responsabbli minn azzjonijiet, deċiżjonijiet u prestazzjoni

(2)

“CERT-UE” hija l-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE. Il-missjoni tagħha hija li tappoġġa lill-Istituzzjonijiet Ewropej biex jipproteġu lilhom infushom kontra attakki intenzjonati u malizzjużi li jfixklu l-integrità tal-assi tal-IT tagħhom u jkunu ta' ħsara għall-interessi tal-UE. L-ambitu tal-attivitajiet tas-CERT-UE jkopri l-prevenzjoni, il-kxif, ir-rispons u l-irkupru.

(3)

“Dipartiment tal-Kummissjoni” tfisser kull Direttorat Ġenerali jew servizz tal-Kummissjoni, jew kull Kabinett ta' Membru tal-Kummissjoni;

(4)

“Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni” tirreferi għar-rwol stabbilit fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444.

(5)

“Sistema ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni” jew “SKI” tfisser kull sistema li tippermetti t-trattament ta' informazzjoni f'forma elettronika, inklużi l-assi kollha meħtieġa għall-operat tagħha, kif ukoll l-infrastruttura, l-organizzazzjoni, il-persunal u r-riżorsi ta' informazzjoni. Din id-definizzjoni tinkludi l-applikazzjonijiet kummerċjali, is-servizzi kondiviżi tal-IT, is-sistemi esternalizzati, u t-tagħmir tal-utenti finali.

(6)

“Il-Bord ta' Ġestjoni Korporattiva” (CMB — Corporate Management Board) jipprovdi l-ogħla livell ta' superviżjoni ta' ġestjoni korporattiva għal kwistjonijiet operazzjonali u amministrattivi fil-Kummissjoni.

(7)

“Sid tad-dejta” tfisser l-individwu responsabbli sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni u l-użu ta' sett ta' dejta speċifiku trattat minn SKI.

(8)

“Sett ta' dejta” tfisser sett ta' informazzjoni li jservi proċess jew attività ta' negozju speċifiċi tal-Kummissjoni.

(9)

“Proċedura ta' emerġenza” tfisser sett predefinit ta' metodi u responsabbiltajiet li jirrispondu għal sitwazzjonijiet urġenti sabiex jiġi evitat impatt kbir fuq il-Kummissjoni.

(10)

“Politika għas-sigurtà tal-informazzjoni” tfisser sett ta' objettivi għas-sigurtà tal-informazzjoni, li huma jew li jridu jiġu stabbiliti, implimentati u verifikati. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, id-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/444 u (UE, Euratom) 2015/443.

(11)

“Il-Bord ta' Tmexxija tas-Sigurtà tal-Informazzjoni” (ISSB — Information Security Steering Board) tfisser il-korp ta' governanza li jappoġġa lill-Bord ta' Ġestjoni Korporattiva fil-kompiti tagħha relatati mas-sigurtà.

(12)

“Fornitur ta' servizz intern tal-IT” tfisser dipartiment tal-Kummissjoni li jipprovdi servizzi tal-IT kondiviżi.

(13)

“Sigurtà tal-IT” jew “'sigurtà ta' SKI” tfisser il-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà ta' SKI u s-settijiet ta' deta li jipproċessaw.

(14)

“Linji gwida għas-sigurtà tal-IT” tikkonsisti f'miżuri rakkomandati iżda volontarji li jgħinu fl-appoġġ tal-istandards tas-sigurtà tal-IT jew li jservu bħala referenza meta ma jkun fis-seħħ l-ebda standard applikabbli.

(15)

“Inċident għas-sigurtà tal-IT” tfisser avveniment li jista' jaffettwa b'mod negattiv il-kunfidenzjalità, l-integrità jew id-disponibbiltà ta' SKI.

(16)

“Miżura għas-sigurtà tal-IT” tfisser miżura teknika jew organizzattiva li għandha l-għan li ttaffi r-riskji għas-sigurtà tal-IT.

(17)

“Ħtieġa għas-sigurtà tal-IT” tfisser definizzjoni preċiża u mhux ambigwa tal-livelli ta' kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà assoċjati ma' biċċa informazzjoni jew sistema tal-IT bl-għan li tiddetermina l-livell ta' protezzjoni meħtieġ.

(18)

“Objettiv għas-sigurtà tal-IT” tfisser dikjarazzjoni ta' intenzjoni għall-ġlieda kontra theddid speċifiku u/jew biex jiġu ssodisfati rekwiżiti jew suppożizzjonijiet speċifiċi għas-sigurtà organizzazzjonali.

(19)

“Pjan għas-sigurtà tal-IT” tfisser id-dokumentazzjoni tal-miżuri għas-sigurtà tal-IT meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet għas-sigurtà tal-IT ta' SKI.

(20)

“Politika għas-sigurtà tal-IT” tfisser sett ta' objettivi għas-sigurtà tal-IT, li huma jew li jridu jiġu stabbiliti, implimentati u verifikati. Dan jinkludi din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

(21)

“Rekwiżit għas-sigurtà tal-IT” tfisser ħtieġa għas-sigurtà tal-IT formalizzata permezz ta' proċess predefinit.

(22)

“Riskju għas-sigurtà tal-IT” tfisser effett li jista' jiġi kkawżat minn theddida għas-sigurtà tal-IT fuq SKI permezz ta' sfruttament ta' vulnerabilità. Bħala tali, riskju għas-sigurtà tal-IT huwa kkaratterizzat minn żewġ fatturi: (1) inċertezza, jiġifieri l-probabbiltà li theddida għas-sigurtà tal-IT tikkawża avveniment mhux mixtieq, u (2) impatt, jiġifieri l-konsegwenzi li dan it-tip ta' avveniment mhux mixtieq jista' jkollu fuq SKI.

(23)

“Standards għas-sigurtà tal-IT” tfisser miżuri għas-sigurtà tal-IT obbligatorji u speċifiċi li jgħinu biex isaħħu u jappoġġaw il-politika għas-sigurtà tal-IT.

(24)

“Strateġija għas-sigurtà tal-IT” tfisser sett ta' proġetti u attivitajiet maħsuba biex jilħqu l-objettivi tal-Kummissjoni u li jridu jiġu stabbiliti, implimentati u verifikati.

(25)

“Theddida għas-sigurtà tal-IT” tfisser fattur li jista' potenzjalment iwassal għal avveniment mhux mixtieq li jista' jirriżulta f'dannu lil SKI. Dan it-theddid jista' jkun inċidentali jew intenzjonat u jkun ikkaratterizzat minn elementi ta' theddid, miri potenzjali u metodi ta' attakk.

(26)

“Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Informatika Lokali” jew “LISO” (Local Informatics Security Officer) tfisser l-uffiċjal li huwa responsabbli mill-kooperazzjoni tas-sigurtà tal-IT għal dipartiment tal-Kummissjoni.

(27)

“Dejta personali”, “proċessar ta' dejta personali”, “kontrollur” u “sistema ta' filing ta' dejta personali” għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fir-Regolament (KE) Nru 45/2001, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu.

(28)

“Proċessar ta' informazzjoni” tfisser il-funzjonijiet kollha ta' SKI fir-rigward tas-settijiet tad-dejta, inkluż il-ħolqien, il-modifika, il-preżentazzjoni, il-ħżin, it-trażmissjoni, it-tħassir u l-arkivjar ta' informazzjoni. L-ipproċessar ta' informazzjoni jista' jiġi pprovdut minn SKI bħala sett ta' funzjonalitajiet għall-utenti u bħala servizzi tal-IT lil SKI oħrajn.

(29)

“Segretezza professjonali” tfisser il-protezzjoni ta' dejta u informazzjoni kummerċjali tat-tip kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali, b'mod partikolari informazzjoni dwar impriżi, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom jew il-komponenti tal-ispejjeż tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 339 TFUE.

(30)

“Responsabbli” tfisser li jkollu l-obbligu li jaġixxi u jieħu deċiżjonijiet biex jikseb ir-riżultati meħtieġa.

(31)

“Sigurtà fil-Kummissjoni” tfisser is-sigurtà tal-persuni, l-assi u l-informazzjoni fil-Kummissjoni, u b'mod partikolari l-integrità fiżika tal-persuni u l-assi, l-integrità, il-kunfidenzjalità u d-disponibbiltà ta' informazzjoni u ta' sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni, kif ukoll il-funzjonament bla xkiel tal-operazzjonijiet tal-Kummissjoni.

(32)

“Servizz kondiviż tal-IT” tfisser is-servizz li SKI jipprovdi lil SKI oħrajn fl-ipproċessar tal-informazzjoni.

(33)

“Sid tas-sistema” hija l-individwu responsabbli għall-akkwist, l-iżvilupp, l-integrazzjoni, il-modifika, l-operazzjoni, il-manutenzjoni, u l-irtirar globali ta' SKI.

(34)

“Utent” tfisser kull persuna li tuża funzjonalità pprovduta minn SKI, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Kummissjoni.

Artikolu 3

Prinċipji għas-sigurtà tal-IT fil-Kummissjoni

1.   Is-Sigurtà tal-IT fil-Kummissjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-legalità, tat-trasparenza, tal-proporzjonalità u tar-responsabbiltà.

2.   Kwistjonijiet għas-sigurtà tal-IT għandhom jitqiesu mill-bidu tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-SKI tal-Kummissjoni. Sabiex jagħmlu dan, id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika u d-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà għandhom ikunu involuti għall-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom.

3.   Sigurtà effettiva tal-IT għandha tiżgura livelli xierqa ta':

(a)

Awtentiċità: il-garanzija li l-informazzjoni hija ġenwina u minn sorsi bona fide;

(b)

Disponibilità: il-fatt li tkun aċċessibbli u tista' tintuża meta tintalab minn entità awtorizzata.

(c)

Kunfidenzjalità: il-fatt li l-informazzjoni ma tiġix żvelata lil individwi, entitajiet jew proċeduri mhux awtorizzati.

(d)

Integrità: il-fatt li jiġu salvagwardjati l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni u l-assi.

(e)

Nonripudju: l-abbiltà li jiġi ppruvat li azzjoni jew avveniment seħħ, sabiex dan l-avveniment jew azzjoni wara ma jkunux jistgħu jiġu miċħuda.

(f)

Protezzjoni tad-dejta personali: il-provvediment ta' salvagwardji xierqa fir-rigward ta' dejta personali f'konformità sħiħa mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(g)

Segretezza professjonali: il-protezzjoni ta' informazzjoni tat-tip kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali, b'mod partikolari informazzjoni dwar impriżi, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom jew il-komponenti tal-ispejjeż tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 339 TFUE.

4.   Is-sigurtà tal-IT għandha tkun ibbażata fuq proċess ta' mmaniġġar tar-riskju. Dan il-proċess għandu jimmira li jiddetermina l-livelli ta' riskji għas-sigurtà tal-IT u jiddefinixxi l-miżuri ta' sigurtà biex jitnaqqsu dawn ir-riskji għal livell xieraq u bi spiża proporzjonata.

5.   Għandhom jiġu identifikati s-SKI kollha, u jiġu assenjati lil sid tas-sistema u rreġistrati f'inventarju.

6.   Ir-rekwiżiti għas-sigurtà ta' kull CIS għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet għas-sigurtà tagħhom u tal-ħtiġijiet għas-sigurtà tal-informazzjoni li jipproċessaw. Jistgħu jitfasslu SKI li jipprovdu servizzi lil SKI oħrajn biex jappoġġaw livelli speċifikati ta' ħtiġijiet għas-sigurtà.

7.   Il-pjanijiet għas-sigurtà tal-IT u l-miżuri għas-sigurtà tal-IT għandhom ikunu proporzjonati għall-ħtiġijiet għas-sigurtà tas-SKI.

Il-proċess relatat ma' dawn il-prinċipji u attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.

KAPITOLU 2

ORGANIZZAZZJONI U RESPONSABBILTAJIET

Artikolu 4

Bord ta' Ġestjoni Korporattiva

Il-Bord ta' Ġestjoni Korporattiva għandu jieħu r-responsabbiltà ġenerali għall-governanza tas-sigurtà tal-IT kollha fil-Kummissjoni.

Artikolu 5

Bord ta' Tmexxija tas-Sigurtà tal-Informazzjoni (ISSB)

1.   L-ISSB għandu jkun presedut mil-Viċi Segretarju Ġenerali responsabbli mill-Governanza tas-Sigurtà tal-IT fil-Kummissjoni. Il-membri tiegħu għandhom jirrappreżentaw interessi kummerċjali, teknoloġiċi u ta' sigurtà bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni u jinkludu rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika, mid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà, mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, u, fuq bażi ta' rotazzjoni ta' sentejn, jiġu involuti rappreżentanti ta' erba' dipartimenti oħra tal-Kummissjoni meta s-sigurtà tal-IT tkun ta' tħassib kbir għall-operazzjonijiet tagħhom. Is-sħubija hija fuq livell maniġerjali superjuri.

2.   L-ISSB għandu jappoġġa lill-Bord ta' Ġestjoni Korporattiva fil-kompiti tiegħu relatati mas-sigurtà tal-IT. L-ISSB għandu jieħu r-responsabbiltà operazzjonali għall-governanza tas-sigurtà tal-IT kollha fil-Kummissjoni.

3.   L-ISSB għandu jirrakkomanda l-politika għas-sigurtà tal-IT tal-Kummissjoni għall-adozzjoni mill-Kummissjoni.

4.   Kull sentenjn, l-ISSB għandu jirrieżamina u jirrapporta lill-Bord ta' Ġestjoni Korporattiva dwar kwistjonijiet ta' governanza kif ukoll dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, inklużi inċidenti serji għas-sigurtà tal-IT.

5.   L-ISSB għandu jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni ġenerali ta' din id-Deċiżjoni, jirrieżaminaha u jirrapporta dwarha lill-Bord ta' Ġestjoni Korporattiva.

6.   Rigward il-proposta tad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika, l-ISSB għandu jirrieżamina, japprova u jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-Sigurtà tal-IT fis-seħħ bħalissa. L-ISSB għandu jirrapporta dwar dan lill-Bord ta' Ġestjoni Korporattiva.

7.   L-ISSB għandu jagħmel monitoraġġ, jevalwa u jikkontrolla l karatteristiċi tat-trattament tar-riskju għall-informazzjoni korporattiva u għandu jkollu s-setgħa li joħroġ rekwiżiti formali għal titjib fejn meħtieġ.

Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 6

Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà

Fir-rigward tas-sigurtà tal-IT, id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà għandu r-responsabbiltajiet li ġejjin. Huwa għandu:

(1)

jiżgura allinjament bejn il-politika għas-sigurtà tal-IT u l-politika għas-sigurtà tal-informazzjoni tal-Kummissjoni;

(2)

jistabbilixxi qafas għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' kriptaġġ ta' teknoloġiji għall-ħażna u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni permezz ta' SKI.

(3)

jinforma lid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika dwar theddid speċifiku li jista' jkollu impatt sinifikanti fuq is-sigurtà ta' SKI u s-settijiet ta' dejta li huma jipproċessaw.

(4)

iwettaq spezzjonijiet għas-sigurtà tal-IT sabiex jevalwa l-konformità tas-SKI tal-Kummissjoni mal-politika tas-sigurtà, u jirrapporta r-riżultati lill-ISSB.

(5)

jistabbilixxi qafas għall-awtorizzazzjoni ta' aċċess u r-regoli ta' sigurtà assoċjati xierqa għas-SKI tal-Kummissjoni minn netwerks esterni u jiżviluppa l-istandards u l-linji gwida għas-sigurtà tal-IT b'kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika.

(6)

jipproponi prinċipji u regoli għall-esternalizzazzjoni tas-SKI sabiex iżomm kontroll xieraq ta' sigurtà tal-informazzjoni.

(7)

jiżviluppa l-istandards u l-linji gwida għas-sigurtà tal-IT fir-rigward tal-Artikolu 6, b'kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika.

Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 7

Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika

Rigward is-sigurtà ġenerali tal-IT tal-Kummissjoni, id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika għandu r-responsabbiltajiet li ġejjin. Huwa għandu:

(1)

jiżviluppa standards u linji gwida għas-sigurtà tal-IT, ħlief kif ipprovdut fl-Artikolu 6, b'kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà, sabiex jiżgura l-konsistenza bejn il-politika għas-sigurtà tal-IT u l-politika għas-sigurtà tal-informazzjoni tal-Kummissjoni, u jipproponihom lill-ISSB.

(2)

jivvaluta l-metodi ta' ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-IT, il-proċessi u r-riżultati tad-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni u jirrapporta dwar dan b'mod regolari lill-ISSB.

(3)

jipproponi pjan ta' sigurtà tal-IT għal rieżami u għal approvazzjoni mill-ISSB, u għal adozzjoni ulterjuri mill-Bord ta' Ġestjoni Korporattiva, u jipproponi programm, inkluż l-ippjanar ta' proġetti u attivitajiet li jimplimentaw l-istrateġija għas-sigurtà tal-IT.

(4)

jissorvelja l-eżekuzzjoni tal-istrateġija għas-sigurtà tal-IT tal-Kummissjoni u jirrapporta dwar dan b'mod regolari lill-ISSB.

(5)

jagħmel monitoraġġ tar-riskji għas-sigurtà tal-IT u l-miżuri għas-sigurtà tal-IT implimentati fi SKI u jirrapporta dwar dan b'mod regolari lill-ISSB.

(6)

jirrapporta b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni ġenerali u l-konformità ma' din id-Deċiżjoni lill-ISSB.

(7)

wara li jikkonsulta mad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà, jitlob lis-sidien tas-sistema tas-sigurtà biex jieħu miżuri speċifiċi tal-IT sabiex itaffi r-riskji għas-sigurtà tal-IT għas-SKI tal-Kummissjoni.

(8)

jiżgura li hemm livell adegwat ta' katalogi tad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika, servizzi għas-sigurtà tal-IT disponibbli għas-sidien tas-sistema u għas-sidien tad-dejta biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom għas-sigurtà tal-IT u biex jikkonformaw mal-politika u mal-istandards għas-sigurtà tal-IT.

(9)

jipprovdi dokumentazzjoni xierqa lis-sidien tas-sistema u tad-dejta u jikkonsulta magħhom, kif xieraq, dwar il-miżuri għas-sigurtà tal-IT implimentati għas-servizzi tal-IT tagħhom sabiex jiffaċilita l-konformità mal-politika għas-sigurtà tal-IT u jappoġġa lis-sidien tas-sistema fil-ġestjoni tar-riskju tal-IT.

(10)

jorganizza laqgħat regolari tan-netwerk tal-LISOs u jappoġġa lil-LISOs fit-twettiq ta' dmirijiethom.

(11)

jiddefinixxi l-ħtiġijiet tat-taħriġ u jikkoordina programmi ta' taħriġ dwar is-sigurtà tal-IT f'kooperazzjoni mad-dipartimenti tal-Kummissjoni, u jiżviluppa, jimplimenta u jikkoordina kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-IT b'kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani.

(12)

jiżgura li s-sidien tas-sistema, is-sidien tad-dejta u rwoli oħrajn li huma responsabbli mis-sigurtà tal-IT fid-dipartimenti tal-Kummissjoni jiġu mgħarrfa dwar il-politika għas-sigurtà tal-IT.

(13)

jinforma lid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà dwar theddidiet, inċidenti u eċċezzjonijiet speċifiċi għas-sigurtà tal-IT tal-Kummissjoni nnotifikati permezz tas-sidien tas-sistema li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà fil-Kummissjoni.

(14)

rigward ir-rwol tiegħu bħala fornitur ta' servizzi tal-IT, jagħti katalogu ta' servizzi tal-IT kondiviżi li jipprovdi livelli definiti ta' sigurtà lill-Kummissjoni. Dan għandu jsir billi ssir valutazzjoni, maniġġar u monitoraġġ sistematiku tar-riskji għas-sigurtà tal-IT biex jimplimentaw il-miżuri ta' sigurtà sabiex jintlaħaq il-livell ta' sigurtà definit.

Il-proċessi relatati u r-responsabbiltajiet aktar dettaljai għandhom jiġu definiti ulterjorment fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 8

Dipartimenti tal-Kummissjoni

Fir-rigward tas-sigurtà tal-IT fid-Dipartiment tagħhom, kull Kap ta' Dipartiment tal-Kummissjoni għandu:

(1)

jaħtar formalment sid tas-sistema li jkun uffiċjal jew aġent temporanju, għal kull SKI, li jkun responsabbli mis-sigurtà tal-IT ta' dak is-SKI u jaħtar formalment sid tad-dejta għal kull sett ta' dejta trattat fi SKI li għandu jappartjeni għall-istess entità amministrattiva li jkun il-Kontrollur tad-Dejta għal settijiet ta' dejta soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(2)

formalment jaħtar Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Informatika Lokali (LISO) li jkun jista' jwettaq ir-responsabbiltajiet indipendentement mis-sidien tas-sistema u s-sidien tad-dejta. LISO jista' jinħatar għal dipartimenti tal-Kummissjoni wieħed jew aktar.

(3)

jiżgura li l-valutazzjonijiet xierqa tar-riskju għas-sigurtà tal-IT u għas-sigurtà tal-IT ikunu saru u ġew implimentati.

(4)

jiżgura li jiġi rappurtat sommarju tar-riskji u l-miżuri għas-sigurtà tal-IT fuq bażi regolari lid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika.

(5)

jiżgura, bl-appoġġ tad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika, li jitpoġġew proċessi, proċeduri u soluzzjonijiet xierqa biex jiġu żgurati identifikazzjoni, rappurtar u riżoluzzjoni effiċjenti ta' inċidenti għas-sigurtà tal-IT relatati mas-SKI tagħhom.

(6)

iniedi proċedura ta' emerġenza f'każ ta' emerġenzi għas-sigurtà tal-IT.

(7)

ikollu r-responsabbiltà aħħarija għas-sigurtà tal-IT inklużi r-responsabbiltajiet tas-sid tas-sistema u s-sid tad-dejta.

(8)

ikun responsabbli mir-riskji relatati mas-SKI u s-settijiet tad-dejta tagħhom.

(9)

isolvu kwalunkwe nuqqas ta' qbil bejn is-sidien tad-dejta u s-sidien tas-sistema u f'każ ta' nuqqas ta' qbil kontinwu jippreżentaw il-kwistjoni quddiem l-ISSB biex tinstab soluzzjoni.

(10)

jiżgura li pjanijiet ta' sigurtà tal-IT u l-miżuri ta' sigurtà tal-IT ikunu implimentati u r-riskji koperti b'mod adegwat.

Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 9

Sidien tas-sistema

1.   Is-sid tas-sistema huwa responsabbli mis-Sigurtà tal-IT tas-SKI, u jirrapporta lill-Kap tad-Dipartiment tal-Kummissjoni.

2.   Fir-rigward tas-sigurtà tal-IT, is-sid tas-sistema għandu:

(a)

jiżgura l-konformità tas-SKI mal-politika għas-sigurtà tal-IT.

(b)

jiżgura li s-SKI tkun irreġistrata bi preċiżjoni fl-inventarju rilevanti.

(c)

jivvaluta r-riskji għas-sigurtà tal-IT u jiddetermina l-ħtiġijiet għas-sigurtà tal-IT għal kull SKI, bil-kollaborazzjoni mas-sidien tad-dejta u f'konsultazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika

(d)

iħejji pjan ta' sigurtà, inkluż, fejn xieraq, dettalji tar-riskji vvalutati u kwalunkwe miżura ta' sigurtà addizzjonali meħtieġa.

(e)

jimplimenta miżuri xierqa għas-sigurtà tal-IT, b'mod proporzjonali għar-riskji għas-sigurtà tal-IT identifikati u jsegwi r-rakkomandazzjonijiet approvati mill-ISSB.

(f)

jidentifika kwalunkwe dipendenza fuq SKI oħrajn jew servizzi kondiviżi tal-IT u jimplimenta miżuri ta' sigurtà kif xieraq fuq il-bażi tal-livelli ta' sigurtà proposti minn dawk is-SKI jew servizzi kondiviżi tal-IT.

(g)

jimmaniġġa u jagħmel monitoraġġ tar-riskji għas-sigurtà tal-IT.

(h)

jirrapporta regolarment lill-kap tad-dipartiment tal-Kummissjoni dwar il-profil tar-riskju għas-sigurtà tal-IT u jirrapporta lid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika dwar ir-riskji relatati, l-attivitajiet ta' ġestjoni tar-riskji u l-miżuri ta' sigurtà meħuda.

(i)

jikkonsulta mal-LISO tad-dipartiment(i) rilevanti tal-Kummissjoni dwar l-aspetti ta' Sigurtà tal-IT.

(j)

jagħti struzzjonijiet lill-utenti dwar l-użu tas-SKI u d-dejta assoċjata kif ukoll dwar ir-responsabbiltajiet tal-utenti marbuta mas-SKI.

(k)

jitlob awtorizzazzjoni mid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà, li jaġixxi bħala l-Awtorità Kriptografika, għal kull SKI li tuża teknoloġija tal-kriptaġġ.

(l)

jikkonsulta mal-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni minn qabel dwar kwalunkwe sistema li tipproċessa informazzjoni klassifikata tal-UE.

(m)

jiżgura li jinħażnu backups ta' kull kodiċi ta' dekriptaġġ f'kont miżmum minn terzi. Dejta kriptata għandha tiġi rkuprata biss meta dan ikun awtorizzat skont il-qafas definit mid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà.

(n)

jirrispetta kull struzzjoni mingħand il-Kontrollur(i) tad-Dejta rilevanti rigward il-protezzjoni ta' dejta personali u l-applikazzjoni ta' regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta dwar is-sigurtà tal-ipproċessar.

(o)

jinnotifika lid-Direttorat-Ġenerali għall-Informatika dwar kull eċċezzjoni għall-politika għas-sigurtà tal-IT tal-Kummissjoni inklużi ġustifikazzjonijiet rilevanti.

(p)

jirrapporta kull nuqqas ta' qbil li ma jistax jiġi solvut bejn is-sid tad-dejta u s-sid tas-sistema lill-kap tad-dipartiment tal-Kummissjoni, jikkomunika inċidenti tas-sigurtà tal-IT lill-partijiet interessati rilevanti fil-ħin kif xieraq skont il-gravità tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 15.

(q)

għal sistemi esternalizzati, jiżgura li jiġu inklużi dispożizzjonijiet xierqa għas-sigurtà tal-IT f'kuntratti ta' esternalizzazzjoni u li inċidenti ta' sigurtà tal-IT li jseħħu fi SKI esternalizzati jiġu rrappurtati skont l-Artikolu 15.

(r)

għas-SKI li jipprovdu servizzi kondiviżi tal-IT, jiżgura li jiġi pprovdut livell ta' sigurtà definit, dokumentat b'mod ċar u jiġu implimentati miżuri ta' sigurtà għal dak is-SKI li sabiex jintlaħaq livell ta' sigurtà definit.

3.   Is-sidien tas-sistema jistgħu formalment jiddelegaw parti mill-kompiti tas-sigurtà tal-IT tagħhom, jew kollha kemm huma, iżda jibqgħu responsabbli mis-sigurtà tal-IT tas-SKI tagħhom

Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 10

Sidien tad-dejta

1.   Is-sid tad-dejta jkun responsabbli mis-Sigurtà tal-IT ta' sett ta' dejta speċifiku lill-Kap tad-Dipartiment tal-Kummissjoni u jkun responsabbli mill-kunfidenzjalità, mill-integrità u mid-disponibbiltà tas-sett tad-dejta.

2.   B'rabta ma' dan is-sett tad-dejta, is-sid tad-dejta għandu:

(a)

jiżgura li kull sett tad-dejta taħt ir-responsabbiltà tiegħu jkun adegwatament ikklassifikat skont id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/443 u (UE, Euratom) 2015/444.

(b)

jiddefinixxi l-ħtiġijiet ta' sigurtà tal-informazzjoni u jinforma lis-sidien tas-sistema rilevanti b'dawn il-ħtiġijiet.

(c)

jipparteċipa fil-valutazzjoni tar-riskju tas-SKI.

(d)

jirrapporta kwalunkwe nuqqas ta' qbil li ma jistax jiġi solvut bejn is-sid tad-dejta u s-sid tas-sistema lill-kap tad-dipartiment tal-Kummissjoni.

(e)

jinnotifika inċidenti għas-sigurtà tal-IT kif stipulat fl-Artikolu 15.

3.   Is-sidien tad-dejta jistgħu formalment jiddelegaw parti mill-kompiti għas-sigurtà tal-IT tagħhom, jew kollha kemm huma, iżda jibqgħu responsabbli huma kif definit f'dan l-Artikolu.

Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 11

Uffiċjali tas-Sigurtà tal-Informatika Lokali (LISO)

Fir-rigward tas-sigurtà tal-IT, il-LISO għandu:

(a)

jidentifika b'mod proattiv u jinforma lis-sidien tas-sistema, lis-sidien tad-dejta u rwoli oħrajn bir-responsabbilitajiet ta' sigurtà tal-IT fid-dipartiment(i) tal-Kummissjoni dwar il-politika għas-sigurtà tal-IT.

(b)

Jikkoordina dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-IT fid-dipartiment(i) tal-Kummissjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika bħala parti min-netwerk tal-LISO.

(c)

Jattendi l-laqgħat regolari tal-LISO.

(d)

Iżomm ħarsa ġenerali fuq il-proċess ta' mmaniġġar tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni u fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għas-sigurtà tas-sistema ta' informazzjoni.

(e)

Jagħti pariri lis-sidien tad-dejta, lis-sidien tas-sistema u lill-kapijiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-IT.

(f)

Jikkoopera mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika fit-tixrid ta' prattiki tajba għas-sigurtà tal-IT u jipproponi programmi speċifiċi ta' sensibilizzazzjoni u ta' taħriġ.

(g)

Jirrapporta dwar is-sigurtà tal-IT, jidentifika nuqqasijiet u titjib lill-Kap tad-dipartiment(i) tal-Kummissjoni (i).

Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 12

Utenti

1.   Fir-rigward tas-sigurtà tal-IT, l-utenti għandhom:

(a)

jikkonformaw mal-politika għas-sigurtà tal-IT u mal-istruzzjonijiet maħruġa mis-sid tas-sistema dwar l-użu ta' kull SKI.

(b)

jinnotifikaw inċidenti għas-sigurtà tal-IT kif stipulat fl-Artikolu 15.

2.   L-użu tas-SKI tal-Kummissjoni bi ksur tal-politika għas-sigurtà tal-IT jew tal-istruzzjonijiet maħruġa mis-sid tas-sistema jista' jagħti lok għal proċedimenti dixxiplinari.

Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni

KAPITOLU 3

REKWIŻITI U OBBLIGI TA' SIGURTÀ

Artikolu 13

Implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni

1.   L-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni għall-Artikolu 6 u tal-istandards u l-linji gwida relatati se tkun soġġetta għal deċiżjoni ta' setgħa mill-Kummissjoni favur il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli minn kwistjonijiet ta' sigurtà.

2.   L-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni l-oħra kollha rigward din id-deċiżjoni u tal-istandards u l-linji gwida relatati dwar is-sigurtà tal-IT se tkun soġġetta għal deċiżjoni ta' setgħa mill-Kummissjoni favur il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-informatika.

3.   L-ISSB għandu japprova r-regoli ta' implimentazzjoni, l-istandards u l-linji gwida msemmija taħt il-paragrafi 1 u 2 ta' hawn fuq qabel l-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 14

Obbligu ta' konformità

1.   Il-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-politika u l-istandards għas-sigurtà tal-IT hija obbligatorja.

2.   Nuqqas ta' konformità mal-politika u l-istandards għas-sigurtà tal-IT jistgħu jattivaw imputabilità għal azzjoni dixxiplinari skont it-Trattati, ir-Regolamenti tal-Persunal u s-CEOS, għal sanzjonijiet kuntrattwali u/jew għal azzjoni legali skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

3.   Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika għandu jiġi nnotifikat b'kull eċċezzjoni għal din il-politika għas-sigurtà tal-IT.

4.   F'każ li l-ISSB jiddeċiedi li hemm riskju persistenti li mhuwiex aċċettabbli għal SKI tal-Kummissjoni, id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika b'kollaborazzjoni mas-sid tas-sistema għandu jipproponi miżuri ta' mitigazzjoni lill-ISSB għall-approvazzjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, monitoraġġ u rappurtar rinfurzati, limitazzjonijiet għas-servizz u skonnessjoni.

5.   L-ISSB għandu jimponi l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni mtaffija, fejn ikun meħtieġ. L-ISSB tista' tirrakkomanda wkoll li d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà jiftaħ inkjesta amministrattiva. Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika għandu jirrapporta lill-ISSB dwar kull sitwazzjoni meta jiġu imposti miżuri ta' mitigazzjoni.

Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni

Artikolu 15

Indirizzar ta' inċidenti għas-Sigurtà tal-IT

1.   Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika huwa responsabbli li jipprovdi l-kapaċità prinċipali għar-reazzjoni għal inċidenti tas-sigurtà operazzjonali tal-IT fil-Kummissjoni Ewropea.

2.   Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà bħala partijiet interessati li jikkontribwixxu għar-reazzjoni għal inċidenti għas-sigurtà tal-IT għandu:

(a)

Ikollu d-dritt li jaċċessa informazzjoni fil-qosor għar-rekords kollha ta' inċidenti u għad-dokumentazzjoni sħiħa jekk jitlob li jagħmel dan.

(b)

Jipparteċipa fi gruppi ta' mmaniġġar ta' kriżijiet ta' inċidenti għas-sigurtà tal-IT u fi proċeduri ta' emerġenza għas-sigurtà tal-IT.

(c)

Ikun responsabbli mir-relazzjonijiet mas-servizzi tal-eżekuzzjoni tal-liġi tal-intelligence.

(d)

Iwettaq analiżi forensika dwar iċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/443.

(e)

Jiddeċiedi dwar il-ħtieġa li titnieda inkjesta formali.

(f)

Jinforma lid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika b'kull inċident għas-sigurtà tal-IT li jistgħu joħloq riskju għal SKI oħrajn.

3.   Għandu jkun hemm komunikazzjoni regolari bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika u d-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà biex jiskambjaw informazzjoni u jikkoordinaw il-ġestjoni tal-inċidenti għas-sigurtà, b'mod partikolari kwalunkwe inċident għas-sigurtà tal-IT li jista' jkun jeħtieġ inkjesta formali.

4.   Is-servizzi ta' koordinazzjoni rigward inċidenti tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (“CERT-UE”) jistgħu jintużaw biex jappoġġaw il-proċess ta' indirizzar tal-inċidenti meta jkun xieraq u għall-kondiviżjoni ta' għarfien ma' istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-UE li jistgħu jiġu affettwati.

5.   Is-sidien tas-sistema involuti f'inċidenti għas-sigurtà tal-IT għandhom:

(a)

Jinnotifikaw minnufih lill-Kap tad-Dipartimenti tal-Kummissjoni prinċipali tagħhom, lid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika, lid-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani, lil-LISO u meta jkun xieraq lis-sid tad-dejta bi kwalunkwe inċident serju għas-sigurtà tal-IT, b'mod partikolari dawk li jinvolvu ksur tal-kunfidenzjalità tad-dejta.

(b)

Jikkooperaw u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet rilevanti tal-Kummissjoni dwar il-komunikazzjoni, ir-reazzjoni u r-rimedju għal inċidenti.

6.   L-utenti għandhom jirrappurtaw l-inċidenti kollha attwali jew suspettati għas-sigurtà tal-IT lill-helpdesk tal-IT rilevanti fil-ħin.

7.   Is-sidien tad-dejta għandhom jirrappurtaw l-inċidenti kollha attwali jew suspettati għas-sigurtà tal-IT lill-iskwadra ta' rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-IT rilevanti fil-ħin.

8.   Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika, b'appoġġ mill-partijiet interessati l-oħra li jikkontribwixxu, huwa responsabbli biex jimmaniġġaw kwalunkwe inċident għas-sigurtà tal-IT li jinkixef fir-rigward tas-SKI tal-Kummissjoni li ma jkunux sistemi esternalizzati.

9.   Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika għandu jinforma lid-dipartimenti tal-Kummissjoni affettwati dwar Inċidenti għas-Sigurtà tal-IT, lil-LISOs rilevanti u, fejn xieraq, lis-CERT-UE fuq bażi ta' ħtieġa ta' għarfien.

10.   Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika għandu jirrapporta regolarment dwar inċidenti serji ta' sigurtà tal-IT li jaffettwaw lis-SKI tal-Kummissjoni lill-ISSB.

11.   Il-LISO rilevanti għandu, jekk jitlob li jagħmel dan, ikollu aċċess għar-rekords dwar inċidenti għas-sigurtà tal-IT li jikkonċernaw is-SKI tad-dipartiment tal-Kummissjoni.

12.   F'każ ta' inċident serju għas-sigurtà tal-IT, id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika għandu jkun il-punt ta' kuntatt għall-immaniġġar tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi billi jikkoordina lill-gruppi tal-immaniġġar tal-kriżijiet għall-inċidenti għas-sigurtà tal-IT.

13.   F'każ ta' emerġenza, id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika jista' jiddeċiedi li jniedi proċedura ta' emerġenza għas-sigurtà tal-IT. Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika għandu jiżviluppa proċeduri ta' emerġenza li għandhom ikunu approvati mill-ISSB.

14.   Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika għandu jirrapporta dwar l-eżekuzzjoni ta' proċeduri ta' emerġenza lill-ISSB u lill-kapijiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni affettwati.

Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

Trasparenza

Din id-Deċiżjoni għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-persunal tal-Kummissjoni u tal-individwi kollha li tapplika għalihom, u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17

Relazzjoni ma' atti oħrajn

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni huma mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/443, id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/47/KE, KEFA, Euratom (8), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), id-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom.

Artikolu 18

Tħassir u miżuri tranżizzjonali

Id-Deċiżjoni C(2006) 3602 tas-16 ta' Awwissu 2006 għandha titħassar.

Ir-regoli ta' implimentazzjoni u l-istandards tas-sigurtà tal-IT adottati skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni C(2006) 3602 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm dawn ma jmorrux kontra din id-Deċiżjoni, u sakemm dawn jiġu sostitwiti minn regoli u standards ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 13 ta' din id-Deċiżjoni. Kwalunkwe referenza għall-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni C(2006) 3602 għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 13 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(4)  Stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali ssekondati u għall-esperti nazzjonali fit-taħriġ professjonali mad-dipartimenti tal-Kummissjoni (C(2008) 6866 final).

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta' April 1999 Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 1999 li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43)

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/47/KE, KEFA. Euratom tat-23 ta' Jannar 2002 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tagħha (ĠU L 21, 24.1.2002, p. 23).

(9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).